Data: 10 ta’ Mejju 2024
PR 07/24
Skema ta’ xandiriet politiċi
għall-Elezzjoni tal-Kunsilli Lokali 2024
Bi tħejjija għall-Elezzjoni tal-Kunsilli Lokali ta’ nhar is-Sibt 8 ta’ Ġunju 2024, l-Awtorità tax-Xandir ser tagħti bidu għal skemi ta’ xandiriet politiċi bejn il-partiti politiċi u intervisti mill-kandidati indipendenti.
Nhar it-Tnejn 13 ta’ Mejju 2024 ser tixxandar l-ewwel xandira politika bis-suġġett magħżul mill-Awtorità tax-Xandir “Ir-Rwol u s-Sinifikat tal-Kunsilli Lokali”.
Il-kelliema għal dan id-dibattitu ser ikunu Max Zammit u Scott Camilleri għall-Partit Laburista u Julian Borg u Ċensu Galea għall-Partit Nazzjonalista.
Ix-xandira politika ser tixxandar fuq TVMNews+ u Radju Malta fid-21:00. Din ix-xandira politika ser titmexxa minn Mario Micallef.