08/10 - 13 Jul 2010




Ċirkulari 8/10


Ripetizzjonijiet ta' Programmi


Jidher li fl-iskeda tas-sajf l-istazzjonijiet qed ixandru numru ta’ ripetizzjonijiet ta’ programmi li madankollu mhumiex indikati bħala tali. Għaldaqstant l-Awtorità, permezz ta’ din ic-cirkulari, qed tfakkarkom fl-obbligu li kull meta jkun hemm ripetizzjoni ta’ programm, dan għandu jiġi indikat matul il-programm kollu. B’danakollu u sabiex tiffaċilita x-xogħol tal-istazzjonijiet, l-Awtorità qablet li dawn il-ħtiġijiet m’għandhomx japplikaw għal ripetizzjoni ta’ films, drama, teleseries, dokumentarji u programmi oħra ta’ natura edukattiva u kulturali, sakemm ir-ripetizzjoni ma tkunx ta’ programm li jkun ixxandar fl-istess skeda u sakemm il-programm ma jkunx ittratta avvenimenti ta’ natura kurrenti li meta tixxandar ir-repeat ikunu tilfu r-relevanza tagħhom.

Barra minn hekk, kull fejn hemm kompetizzjonijiet jew telefonati jew sms’s f’dawn il-programmi ripetuti li jħeggu lit-telespetatturi biex jieħdu sehem fihom, dawn għandhom jiġu editjati. F’każ li mhux possibbli, għandu jiġi indikat b’mod ċar f’din il-parti tal-programmi li dawn il-kompetizzjonijiet, telefonati jew sms’s m’għadhomx validi u għandha tittella’ caption li tindika dan. In-nuqqas ta’ din il-caption huwa nuqqas ta’ servizz lit-telespetatturi u jirrifletti nuqqas ta’ kwalità fix-xandir.

Meta programm jintwera bħala ripetizzjoni, għandu jiġi żgurat li ma jkun hemm xejn fil-programm li jikser id-dispozzizjonijiet tal-liġi. Primarjament, dan jgħodd għal reklami u kontenut ieħor li ħafna drabi jista’ jkun marbut ma’ ħin partikolari meta jista’ jixxandar bħal per eżempju reklamar ta’ alkoħol, logħob tal-azzard, etċ.

Pierre Cassar
Kap Eżekuttiv
13 ta’ Lulju 2010
Ref 88/07