08/15 - 26 Mar 2015




Ċirkulari 08/15

Ċirkulari lill-istazzjonijiet kollha tax-xandir

Ftit tal-ġranet ilu, il-Moviment SHout nieda diska bl-istess isem li fiha l-kantanti jħeġġu sabiex ikun hemm vot Le fir-referendum ta nhar is-Sibt 11 t’April.

L-Awtorità tax-Xandir, filwaqt li tirrikonoxxi d-dritt tal-libertà tal-espressjoni, tfakkar fl-obbligu tal-bilanċ tal-opinjonijiet u l-imparzjalità dwar ħwejjeġ ta’ kontroversja politika jew industrijali jew li għandhom x’jaqsmu ma’ policy pubblika kurrenti, kif mitlub mill-Kostituzzjoni ta' Malta u mil-Liġi Dwar ix-Xandir.

Għalhekk, l-Awtorità qed tidderiġi li dawk l-istazzjonijiet li jagħżlu li jdoqqu din id-diska biex joffru l-istess ammont ta’ ħin lill-Moviment IVA sabiex jitwassal il-messaġġ ta’ dan il-Moviment f'forma li jiddeċiedi l-istess Moviment u dan f’konformità mad-Direttiva li ħarġet l-istess Awtorità għal perjodu 9 ta’ Marzu sal-11 t’April 2015.

L-Awtorità għandha tiġi infurmata bil-ħin li jkun ġie allokat lill-Moviment IVA bħala bilanċ.

Dan jgħodd għall-istazzjonijiet kollha kemm tat-televiżjoni kif ukoll tar-radju, inkluż dawk tal-komunità.

Pierre Cassar
Kap Eżekuttiv
26 ta’ Marzu 2015
Ref 1/15