[08/17] General Elections 2017 - Political Debate




Rilaxx: Immedjat
Data: 14th May 2017
PR 08/17


Xandiriet Politiċi

Bħalma hu d-dmir tal-Awtorità tax-Xandir u bħalma jiġri f’kull elezzjoni l-Awtorità ħejjiet skema ta’ xandiriet politiċi. Fost l-oħrajn din l-iskema ta’ xandiriet tkopri dibatitti politiċi, bl-ewwel dibattitu politiku li se jkun ta’ tħejjija għall-Elezzjoni Ġenerali 2017 ser jixxandar nhar it-Tnejn 15 ta’ Mejju.

Biex jiddiskutu f’dan id-dibattitu se jkun hemm Dr Helena Dalli u Silvio Schembri għall-Partit Laburista u Dr Marlene Farrugia u Clyde Puli għall-Partit Nazzjonalista. F’dan id-dibattitu ta’ siegħa se jkun qed jiġu trattati temi nazzjonali u politiċi taż-żewġ partiti għal din l-elezzjoni.

Dan id-dibattitu fl-iskema tal-Awtorita tax-Xandir ser jitmexx mis-Sur Mario Micallef u jixxandar fuq TVM u Radju Malta fid-20.45.


Mario Axiak, M.B.A (Maastricht)
Kap, Riċerka u Komunikazzjoni
14 ta’ Mejju 2017