[08/22] Xandiriet Politiċi - Elezzjoni Ġenerali 2022




Rilaxx: Immedjat
Data: 11 ta’ Marzu 2022
PR 08/22


Xandiriet Politiċi

L-iskema ta’ xandiriet politiċi se tkompli b’dibattitu nhar it-Tnejn 14 ta’ Marzu 2022 bit-tema “Aktar Vuċijiet”. Għal dan id-dibattitu se jkunu rappreżentanti minn ABBA, ADPD, Partit Popolari u Volt Malta. F’dan id-dibattitu ta’ siegħa se jkunu qed jiġu trattati temi politiċi ewlenin għal din l-elezzjoni ġenerali.

Dan id-dibattitu fl-iskema tal-Awtorità tax-Xandir ser jitmexxa mis-Sur Liam Carter u jixxandar fuq TVM u Radju Malta fid-21:00.