Stqarrija għall-Istampa
22 ta’ Mejju 2026
Stq: 08/26
Skema ta’ Xandiriet Politiċi għall-Elezzjoni Ġenerali 2026
Dibattitu Politiku
Bħala parti mill-iskema ta’ xandiriet politiċi organizzata mill-Awtorità ser ikun qed jixxandar dibattitu politiku bir-rappreżentanti tal-partiti politiċi kollha li se jkunu qed jikkontestaw din l-elezzjoni ġenerali. Dan id-dibattitu ser jixxandar nhar it-Tnejn 25 ta’ Mejju 2026. Is-suġġett magħżul mill-Awtorità ser ikun “L-għażla tal-elettorat għall-elezzjoni ġenerali 2026”. F’dan id-dibattitu ser ikunu qed jieħdu sehem Dr Owen Bonnici għall-Partit Laburista, il-Perit Carmel Cacopardo għall-ADPD, is-Sur Eman Cross għall-Imperium Europa, is-Sur John Scerri għall-Aħwa Maltin, is-Sur Mark Philip Camilleri Gambin għall-Momentum, u Dr George Vital Zammit għall-Partit Nazzjonalista.
Matul dan id-dibattitu l-kelliema ser ikunu qed iwieġbu għall-mistoqsijiet li se jitressqu mill-ġurnalist Liam Carter li ser ikun qed imexxi dan id-dibattitu. Dan id-dibatittu ser jixxandar fuq TVM u Radju Malta fid-21:15.