Cirkulari 9/11
Ċirkulari lill-Istazzjonijiet Kollha
Jumejn ta’ Silenzju
Infakkarkom li għada l-Ġimgħa 27 u s-Sibt 28 ta’ Mejju huma ġranet tas-silenzju u allura kull stazzjon għandu l-obbligu li jsegwi Artiklu 5 tad-direttiva tal-Awtorità tax-Xandir dwar ir-Referendum. Qed nerġa’ nehmeż kopja tad-Direttiva ma’ din iċ-ċirkulari.
Infakkarkom li f’dawn il-jumejn ma jistgħux jixxandru reklami biex iħajru lill-elettorat imur jivvota. Lanqas m’għandhom jixxandru promos dwar programmi li se jiddiskutu r-riżultati tar-Referendum. Dawn jistgħu jibdew jixxandru biss wara li jkunu għalqu l-postijiet kollha tal-votazzjoni f’Malta u Għawdex.
Pierre Cassar
Kap Eżekuttiv
26 ta’ Mejju 2011