[09/22] Xandiriet Politiċi - Elezzjoni Ġenerali 2022




Rilaxx: Immedjat
Data: 14 ta’ Marzu 2022
PR 09/22


Xandiriet Politiċi – Elezzjoni Ġenerali 2022


Bħala parti mill-kampanja għall-Elezzjoni Ġenerali ta’ nhar is-Sibt 26 ta’ Marzu 2022, l-Awtorità tax-Xandir ser tkompli bl-iskema ta’ xandiriet politiċi nhar it-Tlieta 15 ta’ Marzu 2022 bl-ewwel Konferenza Stampa. It-tema magħżula mill-Partit Nazzjonalista għal din il-konferenza hija “Miegħek. Għal Malta”.

Is-Sur Ryan Callus ser ikun qed iwieġeb għall-mistoqsijiet ta’ ħames ġurnalisti. Il-mistoqsijiet ser isiru mill-ġurnalisti ta’ PBS Ltd., ONE Productions Ltd., Media Today, Allied Newspapers Ltd. u Kullħadd.

Din il-Konferenza ta’ 60 minuta ser tkun immexxija minn Liam Carter u tixxandar fuq TVM u Radju Malta fid-21:00.