Stqarrija għall-Istampa
23 ta’ Mejju 2026
Stq: 09/26
Skema ta’ Xandiriet Politiċi għall-Elezzjoni Ġenerali 2026
L-iskema ta’ xandiriet politiċi organizzata mill-Awtorità tax-Xandir qed toqrob lejn tmiemha. Nhar it-Tlieta 26 ta’ Mejju 2026, il-Kapijiet tal-Partiti ADPD, Imperium Europa, Momentum u l-Partit Aħwa Maltin ser jagħmlu l-aħħar messaġġi tagħhom għall-elezzjoni ġenerali f’din is-sensiela ta’ xandiriet politiċi. F’din ix-xandira se jitwassal l-aħħar messaġġ mic-Chairperson tal-ADPD Sandra Gauci, is-Sur Eman Cross mill-Imperium Europa, Prof Arnold Cassola mill-Momentum u s-Sur Paul Salomone mill-Partit Aħwa Maltin.
Din ix-xandir se tixxandar fuq TVM u Radju Malta fil-21.15 u titmexxa mill-ġurnalist Mario Micallef.