10/09 - 02Jun2009




Jumejn ta’ Silenzju

Infakkarkom li l-Ġimgħa, 5 ta’ Ġunju u s-Sibt 6 ta’ Ġunju huma ġranet tas-silenzju u allura kull stazzjon għandu l-obbligu li jsegwi Artikli 5 u 6 tad-direttiva tal-Awtorità tax-Xandir dwar l-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali. Qed nerġa’ nehmeż kopja ta’ dawn l-artikli ma’ din iċ-ċirkulari.

Infakkarkom li f’dawn il-jumejn ma jistgħux jixxandru reklami biex iħajru lill-elettorat imur jivvota. Lanqas m’għandhom jixxandru promos dwar programmi li se jiddiskutu r-riżultati tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali. Dawn jistgħu jibdew jixxandru biss wara li jkunu għalqu l-postijiet kollha talvotazzjonif’Malta u Għawdex.

Pierre Cassar
Kap Eżekuttiv
2 ta’ Ġunju 2009
Ref 103/03