10/12 - 21 Mar 2012




Ċirkulari 10/12

Ċirkulari lill-Istazzjonijiet Kollha tax-Xandir

Inġib għall-attenzjoni tagħkom l-emenda li daħlet fl-Att Dwar ix-Xandir fl-Avviż Legali 350.14 Ħtiġijiet Dwar Standards u Prattika li japplikaw għal Bullettini tal-Aħbarijiet u l-Programmi ta’ Ġrajjiet Kurrenti.

Permezz ta’ Avviż Legali 88 tal-2012, daħlu fis-seħħ żewġ paragrafi oħra li jridu jinqraw flimkien ma’ Taqsima 8.15 li titratta d-drittijiet ta’ risposta.

Mehmuża ma’ din iċ-ċirkulari qed nibgħatilkom kopja tal-paragrafi ġodda li daħlu fis-seħħ mis-16 ta’ Marzu 2012. Nitlobkom biex iġġibu dawn it-tibdiliet għall-attenzjoni tal-ġurnalisti li jaħdmu fil-Kamra tal-Aħbarijiet u anki għall-preżentaturi oħrajn li jaħdmu mal-istazzjon tagħkom.

Pierre Cassar
Kap Eżekuttiv
Ref 51/61
21 ta’ Marzu 2012