10/13 - 06 Feb 2013




Cirkulari 10/13

Cirkulari lill-Istazzjonijiet tat-Televiżjoni

Issa li l-Kummissjoni Elettorali ħabbret il-lista tal-kandidati li tefgħu n-nomina taghħom sabiex jikkontestaw l-Elezzjoni Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2013, jirriżulta li se jkun hemm tliet kandidati li se jikkontestaw bħala indipendenti. Dawn huma:

Is Sur John Zammit f’isem l-Alleanza Liberali (ALDM)
Is-Sur Nazzareno Bonnici f’isem il-Partit tal-Ajkla
Is-Sur Tonio Mercieca bħala kandidat indipendenti

Ai termini ta’ Artiklu 15 tal-Att Dwar ix-Xandir, l-Awtorita tax-Xandir qed tagħti direttiva sabiex minn issa sal-Ħamis 7 ta’ Marzu, dawn it-tliet kandidati jiġu mistiedna (wahedihom jew flimkien) ta’ lanqas darba biex jipparteċipaw fi programm ta’ diskussjoni jew ġrajjiet kurrenti.

Pierre Cassar

Kap Eżekuttiv
6 ta’ Frar 2013
 Ref 10/62/18/74