Stqarrija 10/2014
XANDIRIET POLITIĊI MILL-AWTORITÀ TAX-XANDIR
GĦAL MATUL IL-KAMPANJA TAL-ELEZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW 2014
Nhar it-Tnejn, 19 ta' Mejju 2014 se jsir rekording ta’ Dibattitu organizzat mill-Awtorità tax-Xandir fis-sensiela ta’ programmi għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew 2014.
Dan id-Dibattitu ser jixxandar fuq TVM kif ukoll fuq Radju Malta wara l-bulletin prinċipali tal-aħbarijiet tat-8:00 ta' filgħaxija. F’dan id-dibattitu l-partiti u l-movimenti se jwasslu l-messaġġ tagħhom għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.
Il-mistiedna għal dan il-programm ser ikunu:
- Clint Camilleri għall-Partit Laburista
- Jonathan Shaw għall-Partit Nazzjonalista
- Carmel Cacopardo għall-Alternattiva Demokratika
- Norman Lowell għall-Imperium Europa
- Ivan Grech Mintoff għall-Alleanza Bidla
- Jean Pierre Sammut għall-Alleanza Liberali
- Nazzareno Bonnici għall-Partit tal-Ajkla
Dan id-Dibattitu ser jitmexxa minn Ruth Amaira.
Mario Axiak
Kap Riċerka u Komunikazzjoni
17 ta' Mejju 2014