Rilaxx: Immedjat
Data: 14 ta’ Mejju 2019
PR 10/19
Skema ta’ xandiriet politiċi għall-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, 2019 – Dibattitu u Messaġġi
mir-rappreżentanti tal-partiti politiċi li se jikkontestaw f’inqas min-nofs il-lokalitajiet
Bi tħejjija għall-elezzjonijiet tal- Kunsilli Lokali ta’ nhar is-Sibt 25 ta’ Mejju 2019, l-Awtorità tax-Xandir ser tkompli bl-iskemi ta’ dibattiti bejn il-partiti politiċi u messaġġi mir-rappreżentanti ta’ partiti li se jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali f’anqas min-nofs il-lokalitajiet. Dawn il-partiti huma l-Alternattiva Demokratika, Floriana L-Ewwel, Moviment Patrijotti Maltin u Partit Demokratiku.
Għada l-Erbgħa, 15 ta’ Mejju ser jixxandar it-tielet dibattitu għall-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali bis-suġġett magħżul “Ir-Relevanza li għandhom il-Kunsilli Lokali għaċ-Ċittadin”. Dan id-dibattitu se jkun l-aħħar dibattitu fl- iskema ta’ xandiriet politiċi relatati mal-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.
Il-kelliema għal dan id-dibattitu ser ikunu:
- Alternattiva Demokratika - Luke Caruana
- Moviment Patrijotti Maltin - Oskar Zerafa Gregory
- Partit Demokratiku - Charles Polidano
- Partit Laburista - Dominic Grech
- Partit Nazzjonalista - Charles Bonello
Id-dibattitu ser jixxandar għada l-Erbgħa, 15 ta’ Mejju 2019 fuq TVM2 u Radju Malta fid-20.45. Dan id-dibattitu ser jitmexxa minn Melvic Zammit.
Nhar il-Ġimgħa, 17 ta’ Mejju ser jixxandru messaġġi politiċi mill-Partiti Politiċi li ser jikkontestaw l-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali f’mhux aktar minn nofs il-lokalitajiet kollha. Dawn jinkludu:
- Alternattiva Dempokratika - Ralph Cassar
- Floriana L-Ewwel - Nigel Holland
- Moviment Patrijottti Maltin - Simon Elmer
- Partit Demokratiku - Charles Polidano
Dawn il-messaġġi ser jixxandru nhar il-Gimgħa, 17 ta’ Mejju 2019 uq TVM2 u Radju Malta fid-20.45. Dawn ser jitmexxew minn Melvic Zammit
Mario Axiak
Kap Riċerka u Komunikazzjoni
14 ta’ Mejju 2019