Ċirkulari 10/20
Ċirkulari lill-istazzjonijiet kollha tax-Xandir
Telexiri
Issa li reġgħet bdiet skeda ta’ xandir ġdida li fost oħrajn tinkludi numru ta’ twieqi ta’ telexiri, xtaqt nieħu l-okkażjoni sabiex infakkarkom speċifikament dwar il-provvedimenti relattivi li prinċipalment jinsabu fit-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir. B’mod partikolari niġbed l-attenzjoni għall-Paragrafi 23 u 24 li jittrattaw ir-regolamentazzjoni tal-informazzjoni relatata mal-indirizz geografiku tal-bejjiegħ hekk kif ġej;
23. Il-prezz tal-prodott jew servizz offrut għandu jingħata waqt offerta ta’ telexiri u l-indirizz minn fejn in-negozju jitmexxa m’għandux jixxandar la bil-fomm u lanqas bil-grafika:
Iżda fil-każ ta’ kuntratt magħmul minn distanza konkluż wara offerta diretta magħmul permezz ta’ tieqa ta’ telexiri, għandu jkun id-dmir tax-xandar li jagħti l-indirizz tal-kummerċjant biss f’każijiet ta’ kuntratti li jitolbu ħlas minn qabel.
24.Stazzjon li jxandar tieqa ta’ telexiri għandu jżomm reġistrazzjoni tal-identità u l-indirizz tal-kummerċjant li jbigħ prodott jew servizz waqt tieqa tat-telexiri, jekk telespettatur li jkun xtara prodott jew servizz jitlob din l-informazzjoni.
|
Dawn il-provvedimenti speċifiċi, flimkien mal-provvedimenti l-oħra li jikkonċernaw it-twieqi ta’ telexiri, jassiguraw li t-telespettaturi li jagħmlu użu minn dawn is-servizzi, ikunu protetti kif xieraq.
Dr Joanna Spiteri
Kap Eżekuttiv
Ref. 186/00
15 t’Ottubru, 2020