Ċirkulari 10/22
 
Ċirkulari lill-istazzjonijiet tat-televiżjoni
 
 
Telebejgħ - Paragrafu 24 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir
 
 
Permezz ta’ din iċ-ċirkulari, l-Awtorità tax-Xandir tixtieq tfakkar lill-istazzjonijiet kollha tat-televiżjoni li jxandru twieqi ta’ telebejgħ sabiex in vista ta’ Paragrafu 24 jżommu “reġistrazzjoni tal-identità u l-indirizz tal-kummerċjant li jbigħ prodott jew servizz waqt tieqa tat-telexiri” sabiex tali informazzjoni tkun tista’ tingħadda lit-telespettatur li jkun xtara prodott jew servizz f’każ li dan jitlobha.
 
Dan il-provvediment huwa intiż li jtejjeb l-esperjenza u s-servizz lit-telespettatur inkonnessjoni mal-offerta diretta li tkun qed tiġi offruta u rreklamata fuq l-istazzjon tat-televiżjoni.
 
 
 
Dr Joanna Spiteri
 Kap Eżekuttiv
15 ta’ Lulju 2022
Ref : 51/61