10/24 - 17 ta' Ottubru 2024




Ċirkulari 10/24

 

Ċirkulari lill-istazzjonijiet tat-Televiżjoni u r-Radju

 

Il-Parteċipazzjoni ta’ Nutrizzjonisti u Esperti tad-Dieta fix-Xandir

 

Permezz ta’ din iċ-ċirkulari l-Awtorità tax-Xandir tixtieq tfakkar lill-istazzjonijiet illi huwa l-obbligu tagħhom li jaraw illi kwalunkwe l-parteċipazzjoni ta’ nutrizzjonisti u esperti tad-dieta fi programmi televiżivi tkun konformi mal-L.S.350.30, Ħtiġiet dwar Standards u Prattika fuq Programmi li Jinvolvu l-Parteċipazzjoni ta’ Ċertu Professjonisti fil-Kura Medika fil-Mezzi tax-Xandir u Ħtiġiet dwar Reklamar, Metodi ta’ Reklamar u Direttivi li Japplikaw għall-Prodotti u Trattamenti Mediċinali u kull leġislazzjoni Maltija oħra relevanti. Dan fost oħrajn billi jassiguraw illi dawn il-professjonisti jkunu reġistrati bħala tali mal-Kunsill għal Professjonijiet li Jikkumplimentaw il-Mediċina.  Qabel stediniet fil-programmi, x-xandara għandhom jaraw li l-mistednin huma reġistrati skont il-liġi f’każijiet bħal dawn. 

 

F’każijiet ta’ rapporti jew nuqqas ta’ reġistrazzjoni, l-Awtorità tirriserva d-dritt,  ai termini tal-Att dwar ix-Xandir li tipproċedi fil-konfront tal-istazzjon fosthom b’penali ammistrattiva ta’ mhux inqas minn €930 hekk kif stabbilit fil-Ħames Skeda tal-imsemmi Att.

 

 

Dr Joanna Spiteri

Kap Eżekuttiv

17 ta’ Ottubru 2024

Ref. 38/05