Ċirkolari 10A/14
Ċirkulari lill-istazzjonijiet kollha tax-xandir
Jiem ta’ Silenzju
Sinjuri,
Issa li ninsabu fl-aħħar ġranet tal-kampanja elettorali b’rabta mal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew 2014, infakkarkom li l-Ġimgħa 23 u s-Sibt 24 ta’ Mejju huma l-ġranet tas-silenzju u allura l-ebda stazzjon ma jista’ jxandar kontenut li b’xi mod jista’ jitqies li jmur kontra l-provedimenti tad-Direttiva għal dawn il-jumejn.
Għal kjarifika qed nerġa nehmeż l-Artikli rilevanti mid-Direttiva li l-Awtorità kienet ikkomunikat ix-xahar li għadda.
F’każ li jkollkom bżonn ta’ xi kjarifika, nitlobkom li tikkuntattjaw lid-Dipartiment tal-Monitoring fi ħdan l-Awtorità tax-Xandir.
Inselli għalikom,
Pierre Cassar |
Kap Eżekuttiv |
20 ta’ Mejju, 2014 |