Ċirkulari 11/10
L-Użu Tajjeb tal-Ilsien Malti fil-Mezzi tax-Xandir
L-Avviż Legali li emenda l-Kodiċi tax-Xandir dwar l-Użu Tajjeb tal-Ilsien Malti ilu li daħal fis-seħħ bosta ġimgħat.
Minbarra l-obbligu li kull stazzjon jaħtar konsulent tal-Malti, hemm ukoll il-ħtieġa li kull stazzjon ixandar mill-anqas programm wieħed f’kull skeda ta’ programmi biex iġib ‘il quddiem b’mod proattiv l-ilsien Malti. Dan il-programm jista’ jieħu x-xejra ta’ rkejjen qosra li jistgħu jixxandru waqt programmi oħrajn.
Intom mitluba tindikaw liema kien dak il-programm jew irkejjen fi programm li indirizzaw din il-ħtieġa tul l-iskeda tas-sajf tagħkom. Flimkien ma’ din l-informazzjoni neħtieġ ukoll ‘recording’ ta’ dan il-programm jew irkejjen. F’każ li għal xi raġuni għadhom ma xxandrux dawn il-programmi jew sensiela ta’ rkejjen f’din l-iskeda, nitlobkom tindikawli meta se tagħmlu dan.
Din l-informazzjoni trid tasal għand l-Awtorità sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Settembru 2010. F’każ li xi stazzjon jonqos li jxandar dan il-programm dwar l-ilsien Malti, inkun kostrett noħroġ akkuża kontra l-istazzjon.
Pierre Cassar
Kap Eżekuttiv
25 t’Awwissu 2010
Ref 73/01