11/17 - 20 Nov2017




Ċirkulari 11/17
Ċirkulari lill-istazzjonijiet tat-Televiżjoni


Avviż dwar Tipjip

L-Att dwar il-Kontroll tat-Tabakk, Kapitolu 315, b’mod partikulari Paragrafu 7 (2) jitlob lil kull min imexxi stazzjon tax-xandir biex jiżgura illi qabel il-wiri ta’ kull film jew xandira oħra li fiha tipjip jew xi oġġetti relatati mat-tipjip, ixandar avviz dwar is-saħħa minnufih qabel il-wiri tal-film jew xi programm ieħor. Għaldaqstant, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, permezz tal-Awtorità tax-Xandir, qed titlob biex qabel kull drama jew xi ġeneru ta’ programm ieħor fejn ikun hemm nies li jidhru jpejpu għandha tintwera din it-tabella li hija mehmuża ma’ din iċ-ċirkulari.

Filwaqt li l-Awtorità tħalli d-dritt li l-element viżwali u estetiku tat-tabella jitħalla fir-responsabbiltà u l-kreattività tax-xandara, titlob li t-test użat f’din it-tabella jibqa’ kif inhu.

Għalhekk qed nitlob li jsiru l-arranġamenti meħtieġa biex dan l-avviż jibda jintwera fuq l-istazzjonijiet lokali f’dawn il-każijiet. L-Awtorità tagħraf li l-istazzjonijiet iridu jagħmlu l-preparamenti tekniċi meħtieġa biex dan l-avviż ikun jista’ jixxandar u minħabba f’hekk qed titlob li dan l-avviż jibda jintwera mill-1 ta’ Diċembru 2017 ‘il quddiem.

Dr Joanna Spiteri
20 ta’ Novembru 2017
Kap Eżekuttiv
Ref 51/01