11/19 - 19 Aug 2019




Ċirkulari 11/19
19 t’Awwissu 2019


Lill-Istazzjonijiet Kollha tax-Xandir


Kors fil-Malti għall-Ġurnalisti, il-Qarrejja tal-Aħbarijiet u x-Xandara


Bi pjaċir nixtieq ninfurmakom li f’Ottubru 2019 l-Awtorità tax-Xandir bi sħab mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti se jniedu kors ġdid fl-ilsien Malti għall-ġurnalisti, il-qarrejja tal-aħbarijiet u x-xandara.

Dan il-kors hu mifrux fuq disa’ ġimgħat bejn Ottubru u Diċembru li ġej. Il-lezzjonijiet se jsiru nhar ta’ Erbgħa min-12:30pm sas-2:30pm fl-Università l-Qadima, il-Belt.

Il-kors hu maħsub għal dawk kollha li jiktbu u jaqraw fuq it-televiżjoni u r-radju. Se jiffoka fuq is-sengħa tal-kitba, it-traduzzjoni u l-għażla tal-kelma, il-pronunzja u d-dizzjoni, u r-riżorsi tal-Malti.

L-applikazzjonijiet għall-kors fetħu u qed jintlaqgħu sal-Erbgħa 18 ta’ Settembru 2019. Ma’ din iċ-ċirkulari ssibu l-formola tal-applikazzjoni li tista’ timtela u tintbagħat bil-posta lis-Sur Jean-Pierre Caligari, Programme Monitor, fl-Awtorità tax-Xandir. Inħeġġiġkom biex tibagħtu lill-impjegati tagħkom għal dan il-kors ħalli jitjieb il-livell tal-ilsien Malti fix-xandir.

Dr Joanna Spiteri
Kap Eżekuttiv

Agħfas hawn biex tniżżel Applikazzjoni