11/20 - 16 Oct 2020




Ċirkulari 11/20

 

Ċirkulari lill-istazzjonijiet kollha tax-xandir

 

L-Ilsien Malti fil-Mezzi tax-Xandir

 

Mill-monitoraġġ li qed isir mid-Dipartiment tal-Monitoraġġ fi ħdan l-Awtorità tax-Xandir, qed jirriżulta li f’numru ta’ każijiet hemm nuqqas ta’ ħarsien tal-provvedimenti fil-L.S.350.10, Kodiċi dwar l-Użu Tajjeb tal-Ilsien Malti fil-Mezzi tax-Xandir, li appuntu jirregola l-użu tal-ilsien Malti fix-xandir.

 

Għaldaqstant, filwaqt li niġbdilkom l-attenzjoni sabiex tieħdu l-passi neċessarji fir-rigward, infakkarkom b’mod partikolari f’Paragrafu 4(a) li jobbliga lill-istazzjonijiet ikollhom konsulent li jkollu grad mill-Università fl-ilsien Malti jew rikonoxxut mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti. Dan sabiex jassigura li t-tħaddim tal-lingwa Maltija fuq l-istazzjonijiet rispettivi, jsir bl-aħjar mod possibbli, billi fost l-oħrajn, jimxi mal-iżviluppi li jseħħu fl-ilsien Malti, kemm dak mitħaddet kif ukoll dak miktub.

 

Fid-dawl ta’ Paragrafu 4(a), qed nitlobkom ukoll sabiex formalment tikkomunikaw l-isem u l-kwalifika tal-persuna inkarigata minn dan, hekk kif mitlub bil-kriterji tal-istess Kodiċi. B’hekk l-Awtorità tkun tista’ tapprova dan il-konsulent. Din l-informazzjoni għandha tintbagħat fuq info.ba@ba.org.mt sa mhux aktar tard minn nhar it-Tnejn 26 ta’ Ottubru 2020.

 

  

                                                                                                                                   

Dr Joanna Spiteri       

Kap Eżekuttiv 

Ref: 73/01

16 ta’ Ottubru 2020