Ċirkulari 11/22
Ċirkulari lill-istazzjonijiet tat-televiżjoni
Aċċessibilità fix-Xandir – Artiklu 16JB tal-Att dwar ix-Xandir
Permezz ta’ din iċ-ċirkulari, l-Awtorità tax-Xandir qed titlob lill-istazzjonijiet kollha tat-televiżjoni sabiex jidentifikaw il-miżuri li qed jaddottaw preżentament sabiex tiżdied l-aċċessibilità tas-servizz għall-persuni b’diżabilità.
Barra minn hekk, ai termini ta’ Artiklu 16JB(1), l-Awtorità tax-Xandir qed titlob lill-istazzjonijiet ifasslu u jikkomunika pjan ta’ azzjon għas-sentejn li ġejjin li jkun jitfa’ dawl fuq kif dawn il-miżuri mistennija jittejbu.
Eventwalment, in vista ta’ Artiklu 16JB(2), l-istazzjonijiet se jkunu mitluba jissottomettu rapport annwali li jkun jagħti rendikont tal-progress li jkun sar fir-rigward.
Għal fini ta’ dan l-eżerċizzju, l-istazzjonijiet qed ġentilment jiġu mitluba jissottomettu żewġ dokumenti separati (wieħed bil-miżuri preżenti u ieħor bi pjan ta’ azzjoni) sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Novembru 2022. Kull korrispondenza f’dan ir-rigward għandha tkun indirizzata lil randolph.micallef@ba.org.mt u lil rosienne.spiteri@ba.org.mt
Dr Joanna Spiteri
Kap Eżekuttiv
21 ta’ Ottubru 2022
Ref : 133/02