12/22 - 1 ta' Novembru 2022




Ċirkulari 12/22

Ċirkulari lill-istazzjonijiet tar-radju

 

Xogħol ta’ manutenzjoni fis-sit ta’ trażmissjoni tal-Għargħur

 

L-Awtorità tixtieq tavża li nhar l-Erbgħa, 9 ta’ Novembru 2022 ser ikun qed isir xogħol ta’ manutenzjoni fis-sit ta’ trażmissjoni tal-Għargħur li matulu se jkun meħtieġ qtugħ fit-trażmissjonijiet tar-radju. Minħabba n-natura tax-xogħol, l-Awtorità ma tistax  tuża l-antenna ta’ riserva matul dan il-perjodu.

Ix-xogħol mistenni jibda fis-14:00 u jdum madwar siegħa. Nixtiequ navżawkom li l-aħjar ikun hemm preżenti l-persuni tekniċi tagħkom fis-sit tal-Għargħur fis-13:30, sabiex isiru l-arranġamenti meħtieġa qabel ma jibda dan ix-xogħol.

Filwaqt li nirringrazzjawkom tal-kooperazzjoni tagħkom, nitolbukom sabiex tgħarrfu lill-produtturi u lill-preżentaturi tagħkom biex ikunu avżati b’dan u hekk jinfurmaw lis-semmiegħa tagħhom ukoll.

 

Georvin Zammit 
Uffiċjal Tekniku
1 ta’ Novembru 2022

Ref : 15/61

 

 

 

 

Circular 12/22

Circular to radio stations

 

Maintenance work at the Għargħur transmitting site

 

Please be informed that on Wednesday, 9th November 2022, the Broadcasting Authority shall be carrying out urgent maintenance repairs at the Għargħur Transmitting Site during which a complete shutdown of radio transmissions will be required. Due to the nature of the work, the Authority cannot use the reserve antenna during such period.

Work is expected to start at 14:00 and lasts around 1 hour. We kindly ask you to have your technical personnel on standby at Għargħur at 13:30 so that the necessary changes can be applied before the work can kick off.

While thanking you for your cooperation, please inform your producers and presenters who will be notifying their listeners accordingly.

 

Georvin Zammit
Chief Technical Officer
1st November 2022

Ref : 15/61