Ċirkulari 13/12
Ċirkulari lill-Istazzjonijiet tat-Televiżjoni
Reklam tal-Ivvjaġġar fuq il-Mezzi tax-Xandir
L-Awtorità fliet bir-reqqa l-kontenut tar-reklam tal-Brittania Tours li fih tidher xena ta’ persuna tpoġġi tifel f’bagalja.
L-Awtorità jidhrilha li tali għemil jista’ jkun ta’ periklu u jinkoraġġixxi mġiba li tkun ta’ ħsara għas-saħħa jew għas-sigurtà.
Għalhekk, ai termini ta’ Artiklu 15 tal-Att Dwar ix-Xandir, l-Awtorità qed tagħti direttiva lill-istazzjonijiet tat-televiżjoni sabiex tali reklam ma jixxandarx fil-format preżenti.
Pierre Cassar
Kap Eżekuttiv
12 ta’ Ġunju 2012
Ref 17/62, 64/01