[13/17] Debate AD, MPM, and AB




Rilaxx: Immedjat
Data: 27 ta’ Mejju 2017
PR 13/17


Xandiriet Politiċi - Dibattitu AD, MPM, u AB


Bħala parti mill-kampanja għall-Elezzjoni Ġenerali ta’ nhar is-Sibt 3 ta’ Ġunju, l-Awtorità tax-Xandir ser tkompli bl-iskema ta’ xandiriet politiċi nhar it-Tnejn, 27 ta’ Mejju b’dibattitu bejn l-Alternattiva Demokratika, il-Moviment Patrijotti Maltin, u l-Alleanza Bidla.

Għal dan id-dibattitu r-rappreżentanti tal-partiti ser ikunu:

  • Ralph Cassar għall-Alternattiva Demokratika;
  • Henry Battistino għal Moviment Patrijotti Maltin; u
  • Ivan Grech Mintoff għall-Alleanza Bidla

Dan id-dibattitu fl-iskema tal-Awtorita tax-Xandir ta’ 60 minuta ser jitmexxa mis-Sur Mario Micallef u jixxandar fuq TVM u Radju Malta fid-20:45.

Mario Axiak, M.B.A (Maastricht)
Kap, Riċerka u Komunikazzjoni
27 ta’ Mejju 2017