15/09 - 17Aug2009




Skedi Ottubru – Diċembru 2009


Issa li dalwaqt tibda l-iskeda t’Ottubru, intom ġentilment mitluba li tibagħtu kopja taliskedi għall-perijodu Ottubru – Diċembru 2009.

Huwa importanti li l-iskeda tinkludi dawn id-dettalji:

  • deskrizzjoni qasira ta’ kull programm
  • l-ismijiet tal-preżentatur/i ta’ kull programm.

Din l-informazzjoni, mitluba skont il-provediment ta’ Artiklu 23 tal-Att dwar ix-Xandir, għandha tintbagħat sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa, 4 ta’ Settembru 2009.

Filwaqt li nirringrazzjakom tal-kooperazzjoni tagħkom, nibgħat inselli għalikom.

Pierre Cassar
Kap Eżekuttiv
17 t’Awwissu 2009