15/10 - 23 Nov 2010




Ċirkulari 15/10

Lill-Istazzjonijiet tat-Televiżjoni

Nagħmel referenza għaċ-ċirkulari dwar l-avviż li jrid jidher u jinqara dwar it-tqegħid talprodott (product placement). Peress li t-tqegħid tal-prodott huwa permessibbli biss fiddrama, programmi sportivi u dawk meqjusa bħala ‘light entertainment’, l-obbligu ta’ kull stazzjon huwa li jxandar l-avviż tat-tqegħid tal-prodott qabel dawn it-tliet tipi ta’ programmi biss.

Jidher li f’ċerti każijiet, xi stazzjonijiet qed ixandru dan l-avviż qabel kull programm. Dan għandu jieqaf minnufih.

Nappella għall-kooperazzjoni tagħkom biex kemm jista’ jkun it-telespettaturi jsiru konxji li dan il-kunċett huwa marbut biss ma’ dawn it-tliet ġeneri ta’ programmi. Nerġa’ nisħaq li l-avviż irid jidher u jinqara qabel kull programm ta’ dawn it-tliet ġeneri li fih se jintuża ttqegħid tal-prodott.

Pierre Cassar
Kap Eżekuttiv
23 ta’ Novembru 2010
Ref 17/62