15/15 - 21 May 2015




Ċirkulari 15/15

Ċirkulari lill-Istazzjonijiet Kollha tax-Xandir

Nagħmel referenza għar-reklam tal-prodott ATERONON (tomato pill) li qed jixxandar fuq diversi stazzjonijiet lokali. Dan ir-reklam jagħti x’jifhem li hemm diversi benefiċċji ta’ saħħa jekk wieħed jikkonsma dan il-prodott. Fost il-benefiċċji li jissemmew hemm:

(i) tnaqqis fir-riskju ta’ ċertu cancers
(ii) tnaqqis fir-riskju ta’ puplesija
(iii) tnaqqas id-diabete
(iv) issaħħaħ l-arterji
(v) issaħħaħ iċ-ċirkulazzjoni tad-demm.

L-Awtorità tax-Xandir talbet il-parrir tal-Uffiċju tad-Direttur Għas-Saħħa Ambjentali u jirriżulta li tali asserzjonijiet li qed isiru waqt dawn ir-reklami jmorru kontra r-regolamenti tal-UE 1169/2011 Artiklu 7(3) li jelenka fost l-oħrajn li ma tistax tingħata informazzjoni li prodott tal-ikel jista’ jfejjaq, jipprevjeni jew jikkura xi marda jew kundizzjoni.

L-Awtorità tax-Xandir minn dejjem saħqet li reklamar ta’ dan it-tip m’għandux ikollu informazzjoni li ma tkunx imsaħħha b’mod xjentifiku.

Għalhekk fid-dawl tal-parir mogħti mill-Uffiċju tad-Direttur Għas-Saħħa Ambjentali u ai termini ta’ Artiklu 15 tal-Att Dwar i-Xandir, l-istazzjonijiet kollha huma mitluba sabiex iwaqfu x-xandir ta’ dan ir-reklam b’effett immedjat.

Pierre Cassar
Kap Eżekuttiv
21 ta’ Mejju 2015
Ref 20/97