15/19 - 21 Oct 2019




Ċirkulari 15/19
Ċirkulari lill-Istazzjonijiet tat-Televiżjoni


Reklam ta’ Cavalieri Hotel

Bħalissa fuq l-istazzjonijiet lokali reġa’ qed jixxandar reklam tal-Cavalieri Hotel. Bil-mod kif qed jiġi ppreżentat dan ir-reklam, qed iseħħ ksur tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 350.05 – Kodiċi tax-Xandir dwar il-Protezzjoni tal-Minuri.

F’dan ir-reklam, jidher tifel minorenni bilqiegħda fuq il-ħadid tal-pixxina tal-lukanda, u allura jidher f’sitwazzjoni ta’ periklu. Dan imur kontra l-provvedimenti ta’ Paragrafu 20 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 350.05.

Barra minn hekk, minħabba li l-istess minuri qed jidher jirreklama servizzi li mhux mistenni li jixtri huwa stess, qed iseħħ ksur ta’ Paragrafu 26 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 350.05.

Għaldaqstant nitlobkom biex dan ir-reklam ma jibqax jixxandar bil-mod kif inhu bħalissa.


Dr Joanna Spiteri
21 t’Ottubru 2019
Kap Eżekuttiv
Ref 36/00