16/09 - 20Aug2009




Reġistrazzjoni ta’ Intervisti bit-Telefon fl-Aħbarijiet u fi Programmi ta’ Ġrajjiet Kurrenti


Matul dawn l-aħħar ġimgħat l-Awtorità nnotat li jista’ jkun hemm każijiet fejn qed jixxandru intervisti bit-telefon waqt il-bullettini u l-aġġornamenti tal-aħbarijiet mingħajr ma l-ġurnalist ikun talab minn qabel għall-kunsens tal-persuna li jkun se jintervista. Dan bi ksur ta’ Paragrafu 13.1.1 tal-Ħtiġiet dwar Standards u Prattika li Japplikaw għal Bulettini tal-Aħbarijiet u l-Programmi ta’ Ġrajjiet Kurrenti.

B’referenza wkoll għall-istess Paragrafu imsemmi hawn fuq, l-Awtorità hija fid-dmir li titlob għall-kopja tal-intervisti li jsiru kif jidher hawn taħt:

“Min se jkun intervistat dwar kontroversja politika jew industrijali jew dwar ix-xejra pubblika magħrufa taż-żmien, għandu jkun jaf sewwa t-tiswira tal-programm li fih ser jieħdu sehem, xi jkun tabilħaqq is-suġġett u l-għan tal-programm kif ukoll x’aktarx jintuża dak li ser jintqal jew jingħad. Ix-xandar għandu jżomm dik il-parti tal-intervista fejn ikun talab il-kunsens ta’ min se jkun intervistat biex jirrekordja lintervista.  Stazzjon għandu jżomm ir-recording ta’ dik l-intervista għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data li fiha tkun rekordjata l-intervista jew parti minnha. F’dawn it-tliet xhur il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorita’ tax-Xandir ikollu d-dritt li jitlob lill-istazzjon biex jibgħat ir-recordings tal-intervista ħalli dawn ir-recordings jiġu vverifikati u, jekk ikun il-każ, li jittieħdu l-passi opportuni jekk ikun hemm nuqqas ta’ osservanza tal-ħtiġiet hawn fuq imsemmija f’dan il-paragrafu.”

Għaldaqstant l-istazzjonijiet qed jintalbu biex jibagħtu kopja tar-reġistrazzjoni talintervisti kollha li saru matul il-perijodu l-1 ta’ Lulju sad-19 t’Awwissu 2009, b’mod partikolari f’każijiet ta’ kontroversja politika jew industrijali.

Kopja ta’ dawn ir-recordings għandhom jaslu fl-uffiċċju tal-Awtorità sa mhux aktar tard mit-Tnejn 31 ta’ Awwissu 2009.

Pierre Cassar
Kap Eżekuttiv
20 ta’ Awwissu 2009
Ref 89/01