Ċirkulari 16/15
Ċirkulari lill-istazzjonijiet kollha tax-xandir
L-Awtorità tax-Xandir ġiet notifikata mill-Kunsill tal-Professjonisti Komplimentari Għall-Mediċina li s-Sur Richard Geres mhuwiex reġistrat mal-Kunsill u għalhekk ma jistax, skont Artiklu 25 (1) tal-Att Dwar Il-Professjonijiet tas-Saħħa, jippratika l-professjoni ta' Nutritionist jew Dietician ġaladarba mhuwiex reġistrat mal-Kunsill.
L-Awtorità tax-Xandir ħadet nota ta’ din in-notifika u fid-dawl ta’ Paragrafu 14.4 tal-Avviż Legali 350.30 Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika fuq Programmi li Jinvolvu l-Parteċipazzjoni ta’ Ċerti Professjonisti fil-Kura Medika fil-Mezzi tax-Xandir u Ħtiġijiet dwar Reklamar, Metodi ta’ Reklamar u Direttivi li japplikaw għall-Prodotti u Trattamenti Mediċinali li jorbot ma’ Artiklu 25(1) tal-Att Dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa, ai termini ta’ Artiklu 15 tal-Att Dwar ix-Xandir, qed tidderiġi lil kull stazzjon sabiex ma jxandar l-ebda reklam li jippromwovi s-servizzi ta’ Richard Geres fir-rigward ta' dawn iż-żewġ professjonijiet u ċjoe n-nutrizzjoni u d-dieta.
Din id-direttiva tapplika wkoll għall-parteċipazzjoni tas-Sur Geres f’programmi, inkluż telebejgħ, li matulhom jitkellem dwar servizzi li għandhom x’jaqsmu man-nutrizzjoni u/jew programmi ta’ kif wieħed jista’ jitlef mill-piż.
Għaldaqstant, kull stazzjon għandu b’effett immedjat jaderixxi mal-provedimenti ta’ din id-direttiva.
Pierre Cassar |
Kap Eżekuttiv |
4 ta’ Ġunju 2015 |
Ref 38/05/4 |