16/19 - 28 Oct 2019




Ċirkulari lill-istazzjonijiet tat-televiżjoni

Konferenza dwar il-Kwalità fix-Xandir Televiżiv


L-Awtorità tax-Xandir tagħraf l-importanza li x-xandir televiżiv lokali jkun ta’ kwalità. Għal dan il-għan, waqqfet kumitat li janalizza l-kontenut lokali fid-dawl tal-kwalità, kemm mil-lat ta’ kontenut, programmar, skedar, kwalità teknika u viżiva u karatteristiċi oħra li jagħmlu trażmissjoni ta’ kwalità. Dan il-kumitat immexxi minn membru tal-bord tal-Awtorità, is-Sur Charlo Bonnici, analizza numru ta’ programmi lokali, kif ukoll tkellem mad-diriġenti tal-istazzjonijiet biex jagħraf id-diffikultajiet u l-isfidi li jiltaqgħu magħhom meta jkunu qed itellgħu produzzjoni lokali.

Dan il-kumitat ħadem fuq rapport li se jkun qed jiġi ppreżentat u diskuss it-Tlieta 26 ta’ Novembru. Inti mistieden għal din il-konferenza biex tiddiskuti l-punti li se jitqajmu ma’ għadd ta’ kelliema dwar kontenut u programmar, l-aspett tekniku u estetiku, l-aspett finanzjarju u fondi, taħriġ u standards. Din il-konferenza ser issir bejn it-08:30 u s-13:00 l-InterContinental Hotel, San Ġiljan.

Nitolbok tiċċirkola din l-istedina lix-xandara, il-produtturi tal-istazzjon u d-djar tal-produzzjoni tax-xandir li jikkontribwixxu fil-programmar tagħkom. Jekk jogħġbok infurmawna bl-attendenza tagħkom sa mhux aktar tard minn nhar it-Tnejn 11 ta’ Novembru billi tibagħtu emejl lil rosienne.spiteri@ba.org.mt.

Dr Joanna Spiteri
Kap Eżekuttiv
28 t’Ottubru 2019
Ref 22/18