17/09 - 14Sep2009




Skedi Ottubru – Diċembru 2009

Nagħmel referenza għaċ-ċirkulari 15/09 fejn fiha kull stazzjon tat-televiżjoni u radju ntalab jibgħat l-iskeda tal-programmi għall-perijodu Ottubru – Diċembru 2009 flimkien ma’ deskrizzjoni qasira ta’ kull programm u l-ismijiet tal-preżentaturi.

Minkejja li kellkom sa nhar il-Ġimgħa, 4 ta’ Settembru 2009 biex tibagħtu din l-informazzjoni, ħafna minnkom naqsu li jagħmlu dan.

Għalhekk, qed infakkarkom illi jekk sa nhar il-Ħamis, 17 ta’ Settembru ma nirċevix l-informazzjoni mitluba, ma jkollix triq oħra ħlief li noħroġ l-akkużi relevanti taħt l-Att dwar ix-Xandir.

Nerġa’ nappellalkom għall-kooperazzjoni.


Pierre Cassar
Kap Eżekuttiv
14 ta’ Settembru 2009