[17/20] Rapurtaġġ ta' Ħruq fl-uffiċji tal-Awtorità tax-Xandir




Stqarrija għall-Istampa

Press Release

28 ta’ Novembru 2020

PR 17/20

  

Rapurtaġġ dwar ħruq fl-uffiċji tal-Awtorità tax-Xandir

 

B’referenza għal rapporti li dehru f’uħud mill-mezzi tax-xandir, l-Awtorità tax-Xandir tixtieq tiċċara li ilbieraħ ma kien hemm l-ebda ħruq jew nirien fil-bini tal-Awtorità tax-Xandir fil-Ħamrun.  Irriżulta li minħabba li kien hemm qtugħ tal-provvista tal-elettriku fl-inħawi tal-Ħamrun, tqabbad awtomitakment is-servizz tal-generator li għandha l-Awtorità tax-Xandir.  Kif dan inxtegħel, l-exhaust qajjem suspett ta’ ħruq mill-ġirien.

 

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu immedjatament fuq il-post biex jaraw li ma kien hemm l-ebda ħruq fl-uffiċji tal-Awtorità.  L-Awtorità tax-Xandir tieħu din l-okkażjoni sabiex tirringrazzja lill-ġirien u lill-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll lill-Pulizija li immedjatament waslu fuq il-post.