18/09 - 19Oct2009




Ċertifikazzjoni ta’ Programmi

L-Awtorità tax-Xandir spiss qed ikollha talbiet dwar ‘ratings’ li għandhom jingħataw lill-programmi li se jkunu qed jixxandru fuq it-televiżjoni.

Filwaqt li l-Awtorità lesta li tiddiskuti dawn it-tip ta’ każijiet, infakkarkom li huwa l-obbligu ta’ kull stazzjon li jappunta persuna li jkollha responsabbiltà li tiċċertifika kull programm li se jkun qed jidher fuq il-mezzi tax-xandir, dan skont l-Avviż Legali 44/1994 kif ukoll l-avviż fil-Gazzetta tal-Gvern 261/2007 li fihom hemm elenkat il-ħtieġa li kull stazzjon jinforma lill-Awtorità tax-Xandir bl-isem tal-persuna li tkun qed tassumi r-responsabbiltà taċ-ċertifikazzjoni tal-programmi mxandra fuq dak l-istazzjon.

Għalhekk, qiegħed nitlobkom biex tibagħtu tinfurmawni sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa, 30 t’Ottubru 2009 bl-isem tal-persuna nkarigata b’din ir-responsabbiltà fl-istazzjon tagħkom.

Nieħu din l-opportunità biex infakkarkom ukoll li ‘trailers’ li jippromwovu programmi ndirizzati lill-udjenza matura u li jixxandru f’ħinijiet li fihom jista’ jkun hemm tfal jaraw it-televiżjoni għandhom ikunu tali li ma jkollhomx xeni li huma xierqa għal udjenza matura biss.


Pierre Cassar
Kap Eżekuttiv
19 t’Ottubru 2009
Ref 154/00