18/19 - 5 ta' Dicembru 2019




Ċirkulari 18/19

Ċirkulari lill-Istazzjonijiet Kollha tax-Xandir


Xandir ta’ maratoni ta’ ġbir ta’ fondi

L-Awtorità qed tinnota li f’xi każijiet l-istazzjonijiet tax-xandir lokali jingħaqdu flimkien bi trażmissjoni waħda biex jixxandru maratoni ta’ ġbir ta’ fondi għall-organizazzjonijiet volontarji, fost l-oħrajn. Għal dawn il-maratoni jidher li l-produzzjoni ma tkunx f’idejn l-istazzjon imma f’idejn terzi. Għaldaqstant, permezz ta’ din iċ-ċirkulari l-Awtorità tixtieq tfakkar li l-kontenut li jixxandar matul din it-trażmissjoni għandu jaderixxi mal-leġislazzjoni tax-xandir. Minkejja li ħafna drabi l-kontroll effettiv ma jkunx f’idejn l-istazzjon, l-Awtorità iżda tisħaq li r-responsabbilità aħħarija tal-kontenut legalment jappertjeni lill-istazzjon.

L-Awtorità terġa’ tfakkar li l-għan tal-leġislazzjoni, partikolarment il-Leġislazzjoni Sussidjarja 350.15, huwa li tipproteġi lill-persuni bla ħarsien xieraq u għalhekk l-Awtorità għandha l-obbligu li tara li meta dawn in-nies ikunu ppreżentati fuq ix-xandir, jiġu protetti permezz ta’ din il-leġislazzjoni.

Dr Joanna Spiteri 
Kap Eżekuttiv
5 ta’ Diċembru 2019
Ref 51/04