Data: 4 ta’ Ġunju 2024
PR 18/24
Skema ta’ xandiriet politiċi
għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew 2024
Il-kampanja elettorali għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropej riesqa lejn tmiemha u l-aħħar dibattitu fl-iskema tal-Awtorità tax-Xandir ser ikun id-dibattitu finali bejn il-Prim Ministru Dr Robert Abela u l-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Bernard Grech. Għaldaqstant għada l-Erbgħa 5 ta’ Ġunju 2024 ser tixxandar xandira politika bis-suġġett “L-Unjoni Ewropea – 20 Sena Wara s-Sħubija: Fejn Sejrin?” Matul din ix-xandira se jkunu qed iwieġbu għal diversi mistoqsijiet li jitrattaw temi partikolari fosthom il-politika barranija, l-ambjent, l-ekonomija u l-governanza.
Ix-xandira politika ser tixxandar fuq TVM u Radju Malta fid-21:00 u ser titmexxa minn Liam Carter.