19/15 - 9 Nov 2015




Xandir ta’ spot –“Save the Embryo Protection Act Malta”

B’referenza għaċ-ċirkulari 18/15 datata 21 t’Ottubru 2015, l-Awtorità tax-Xandir tikkonferma li l-ispot 2 m’għandux jixxandar fuq il-mezzi tax-xandir u dan peress li jirriżulta li s’issa m’hemm l-ebda abbozz tal-ligi li jinkludi dan.

Spot (2) huwa s-segwenti (u l-verżjoni tiegħu bil-Malti):

A (Vuċi Femminili):- Are you aware that our country is considering passing a law where some children could never know who their father is? 

B (Vuċi Maskili):- Visit facebook page

C (Vuċi ta’ minuri):- Save the Embryo Protection Act Malta

Għalhekk id-direttiva li ħarġet l-Awtorità dwar dan l-ispot tibqa’ fis-seħħ u għaldaqstant tali spot għandu jibqa’ ma jixxandarx.


Pierre Cassar
Kap Eżekuttiv
9 ta’ Novembru 2015
Ref 58/15