Repeats ta’ Programmi Televizivi
L-Awtorita' nnutat li matul is-sajf tas-sena li ghaddiet kien hemm repeats ta’ programmi li ma kienux indikati bl-ittra “R” li kienu repeats.
L-Awtorita' qed tiddirigi lill-istazzjonijiet tat-televizjoni illi kull darba li programm jigi ripetut, tittella’ l-kelma “Repetizzjoni” fuq l-iscreen u din il-kelma ghandha tidher fl-ewwel tlettin sekonda tal-programm u mbaghad tintuza l-ittra “R” tul il-programm kollu.
Terga’ waqt programmi ripetuti, mhux l-ewwel darba li jkun hemm xi kompetizzjoni jew jidhru n-numri tat-telefon jew ta’ l-SMS fejn it-telespettatur ikun jista’ jcempel. F’dawn il-kazijiet huwa importanti li jew din il-parti tal-programm tigi mnehhija jew jekk dan ma jkunx possibbi tittella’ caption li tghid li “Peress li dan il-programm huwa repetizzjoni, il-kompetizzjoni m’ghadhix valida” jew li t-telefonati u l-SMS’s m’ghadhomx japplikaw jew kliem f’dan is-sens halli b’hekk it-telespettatur ikun infurmat li dak huwa programm ripetut.
Dr Kevin Aquilina
Kap Esekuttiv
27 ta’ Mejju 2008
Ref 88/07, 45/00