21/09 - 15Dec2009




Reklam ta’ Prodott tal-Made in America

Nixtieq niġbdilkom l-attenzjoni li r-reklam ta’ prodott ta’ Made in America li fih jingħad hekk:

Made in America, ikabbar 3 inch u jwessa’ 1 inch, għall-irġiel, u int taf xi jfisser (tinstema’ mużika) (ikompli l-voice over) ... ċempel 79555535 u int taf xi jfisser",

m’għandux l-approvazzjoni tal-Awtorità tax-Xandir biex jixxandar fuq il-mezzi tax-xandir fl-ebda ħin tal-ġurnata. Għaldaqstant, ngħarrafkom biex dan ma jibqax jixxandar għaliex inkun kostrett li noħroġ akkuża fil-konfront tal-istazzjon.

Ngħarrafkom ukoll li l-verżjoni l-oħra tar-reklam tal-istess prodott ta’ Made in America li fih jingħad hekk:

Made in America. Ikabbar il-parti intima għall-irġiel. U int taf xi jfisser”

jista’ jixxandar biss wara d-21.00. Dan jgħodd kemm għar-radju kif ukoll għat-televiżjoni. Jekk dan ma jiġix osservat, ikolli noħroġ l-akkuża relevanti.

Nirringrazzjakom tal-kooperazzjoni tagħkom.

Pierre Cassar
Kap Eżekuttiv
15 ta’ Diċembru 2009
Ref 54/09