[21/24] - Reazzjoni tal-Awtoritá




Stqarrija għall-istampa

 

Data: 23 ta’ Awwissu 2024

 

PR 21/24

 

L-Awtorità tagħmel referenza għad-deċiżjoni maħruġa minnha fil-21 ta’ Awwissu rigward ilment assistit b’akkuża kontra RTK103. 

L-Awtorità timxi mal-liġi u tinterpreta l-liġi hekk kif inhi u tattwa dak li hemm fil-liġi. Evidentament dak li qed jixxandar f’diversi mezzi tax-xandir juri li min qed jirraporta u jikkritika ma qarax il-liġi fil-kuntest tad-deċiżjoni u lanqas ma qara d-deċiżjoni fl-intier tagħha.

Barra minn hekk, fid-deċiżjoni tagħha l-Awtorità qatt ma tkellmet fuq spazju lill-kandidati tal-partiti, inkluż kandidati tal-Partit Imperium Europa.  Il-liġi titkellem dwar veduti u mhux dwar kandidati. Għaldaqastant kull osservazzjoni jew kritika li ssir għandha tkun ambjentata f’dan il-kuntest. 

L-Awtorità twieġeb ukoll għal insinwazzjonijiet dwar is-Segretarju tal-Bord tal-Awtorità u għal darb’oħra tfakkar li r-rwol tas-Segretarju huwa regolat f’Kap 350 u Leġiżlazzjoni Sussidjarja 350.06 u ma għandu l-ebda rwol ta’ deċiżjoni fi ħdan il-Bord tal-Awtorità. L-Awtorità tiċħad li s-Segretarju ma riedx jirrikuża ruħu kif deher f’xi mezzi tax-xandir imma kien il-Bord li ddeċieda dwar it-talba tar-rikuża, fatt ukoll li qiegħed fid-deċiżjoni.