22/09 -15Dec2009




Reklamar ta’ Logħob tal-Ażżard

Skont rapporti tal-monitoring, jirriżulta li fuq l-istazzjonijiet tar-radju qed jixxandru reklami għal-logħob tal-ażżard, fosthom reklam tas-Super 5 u Bingo 75 waqt ħinijiet li mhux suppost jixxandru. Infakkarkom li, skont paragrafu 5.2 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 350.25, m’għandux jixxandar reklamar fuq ir-radju ta’ logħob tal-ażżard bejn is-6.00a.m. u d-9.00a.m. u bejn is-2.00p.m. u s-7.00p.m. Infakkarkom ukoll li, skont l-istess paragrafu, jekk reklamar ta’ logħob tal-ażżard jixxandar f’ħinijiet oħra, dan m’għandux jixxandar qabel jew wara xi programm tat-tfal.

Għaldaqstant, għandkom taraw li timxu ma’ din iċ-ċirkulari. Fin-nuqqas ta’ dan ikolli noħroġ akkuża fil-konfront tal-istazzjon.

Pierre Cassar
Kap Eżekuttiv
15 ta’ Diċembru 2009
Ref No 206/01