23/09 - 15Dec009




Rappurtaġġ b’Lingwi Barranin Waqt Aħbarijiet



L-Awtorità tax-Xandir irċeviet numru ta’ lmenti dwar rappurtaġġ li qed isir fil-bullettini talaħbarijiet, kif ukoll waqt l-aħbarijiet sportivi ta’ intervisti u servizzi li jsiru bil-lingwa Ingliża jew Taljana.

Skont il-Linji Gwida maħruġa mill-Awtorità tax-Xandir, meta jkun hemm intervisti jew servizzi qosra li mhux bil-Malti, għandu jsir sforz biex issir voice-over bil-Malti.

Peress li ħafna drabi dawn is-servizzi jkunu qosra, ma naħsibx li għandha tkun biċċa xogħol diffiċli għall-istazzjonijiet sabiex jaqilbu l-kontenut tal-intervista bil-Malti.

Pierre Cassar
Kap Eżekuttiv
15 ta’ Diċembru 2009