Ċirkulari 23/13
F’laqgħa li nżammet kmieni wara nofsinhar, l-Awtorità tax-Xandir ikkunsidrat ilmenti mressqa mill-Partit Laburista dwar ir-rappurtaġġ tal-arrest tas-Sinjura Caruana Galizia u ddeċidiet li, ai termini ta’ Artiklu 15 tal-Att Dwar ix-Xandir, tikkomunika s-segwenti lill-istazzjonijiet kollha.
L-Awtorità tagħmel referenza għall-provvedimenti tad-Direttiva maħruġa minnha li tkopri l-perjodu 7 ta’ Jannar sad-9 ta’ Marzu 2013 u li fiha hemm inkluż x’inhu permessibbli li jixxandar fil-jum tal-votazzjoni. L-Awtorità tesiġi li fir-rappurtaġġ ta’ stejjer bħal ma hija dik tal-arrest tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia, l-istazzjonijiet m’għandhomx jamplifikaw il-fatti lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex titwassal l-aħbar.
L-Awtorità se tkompli ssegwi x-xandiriet fuq l-istazzjonijiet kollha sabiex tassigura li kull xandar jaderixxi ma’ tali provvedimenti u fejn jirriżultalha li jkun hemm ksur, tieħu dawk il-passi kollha skont il-liġi.
L-Awtorità tordna ai termini ta’ Artiklu 15 tal-Att Dwar ix-Xandir, li din iċ-ċirkulari m’għandha bl-ebda mod u fi kwalunkwe forma tiġi mxandra qabel l-għeluq tal-postijiet tal-votazzjoni.
Pierre Cassar |
Kap Eżekuttiv |
9 ta’ Marzu 2013 |
Ref 10/62 |