Linji Gwida dwar Gosti Tajbin u Diċenza
Wara li l-Awtorità kienet intalbet mill-producers tal-programm Teletubi li tagħti linji gwida dwar kif qed tinterpreta l-artikolu 13(2)(a) tal-Att dwar ix-Xandir fejn jidħlu gosti tajbin u diċenza fi programmi ta’ satira l-Awtorità kienet tat din il-linja gwida lill-producers tal-programm fid-deċiżjoni tagħha li ġiet komunikata lill-media permezz ta’ stqarrija 44/08 datata 20 ta’ Mejju, 2008:
“L-Awtorità kienet lesta taċċetta element ta’ double entendre, jew kliem doppju sens, sakemm il-kliem doppju sens jingħad b’mod umoristiku u f’kuntest ta’ satira u sakemm il-programm ikun klassifikat għall-adulti.
L-Awtorità ma kinitx lesta li taċċetta kliem vulgari u oxxen u li kwalunkwe bleeping li jsir għandu jgħatti kompletament s-sillabi kollha tal-kelma u li l-kliem li jingħad m’għandux jinħass li huwa offensiv.”
L-Awtorità bħalissa qed tħejji linji gwida aktar dettaljati dwar x’jikostitwixxi gosti tajbin u diċenza.
Dr Kevin Aquilina
Kap Eżekuttiv
3 ta’ Ġunju, 2008