24/09 - 18Dec2009




Reklamar Politiku 



Irrid infakkar lill-istazzjonijiet kollha tax-xandir li l-Att dwar ix-Xandir (Paragrafu 1(f) tat-Tielet Skeda) jipprojbixxi r-reklamar politiku ħlief meta dan ikun awtorizzat taħt skema ta’ xandiriet politiċi approvata mill-Awtorità tax-Xandir. L-Awtorita’ tagħti interpretazzjoni wiesgħa ta’ din id-dispożzzjoni u għalhekk ma tippermettix ukoll reklamar li l-għan tiegħu ikun il-promozzjoni ta’ policy pubblika.

F’dan ir-rigward, l-Awtorità nnutat li bħalissa qed jidher u jinstema’ reklam fuq diversi mezzi tax-xandir taħt it-titolu “Insaħħu s-Sistema tas-Saħħa Primarja”. Dan ir-reklam jikser l-imsemmija dispożizzjoni tal-Liġi dwar ix-Xandir u għalhekk għandu jieqaf milli jixxandar minnufih. Dan japplika ukoll għal reklami ta’ natura simili.

Jekk dan ma jsirx inkun kostrett li noħroġ akkuża kontra l-istazzjon in kwistjoni.

Pierre Cassar
Kap Eżekuttiv
18 ta’ Diċembru 2009
Ref 175/00