PRESS CALL
STEDINA LILL-ĠURNALISTI
Rilaxx: Immedjat
Data: 21 ta’ Novembru 2019
PR 26/19
Konferenza dwar il-Kwalità fix-Xandir Televiżiv
Matul din l-aħħar sena l-Awtorità ħatret Kumitat Konsultattiv li kellu l-iskop ewlieni li jistħarreġ il-kwalità fil-qasam tax-xandir televiżiv. Dan il-Kumitat immexxi mis-Sur Charlo Bonniċi, Membru tal-Bord tal-Awtorità tax-Xandir, għamel il-konklużjonijiet tiegħu u anke ħareġ b’numru ta’ rakkomandazzjonijiet wara li analizza uħud mill-kontenut u tkellem ma’ stazzjonijiet u produtturi lokali. Dan il-Kumitat ħejja rapport li wera l-isfidi li hemm fix-xandir lokali imma wkoll ħareġ b’rakkomandazzjonijiet.
Biex tniedi dan ir-rapport l-Awtorità tax-Xandir ser torganizza konferenza li fiha ser jiġu diskussi erba’ aspetti tal-kwalità fix-Xandir Televiżiv li fuqhom ġew imfassla sensiela ta’ rakkomandazzjonijiet:
• Kontenut u Programmar
• L-Aspett Tekniku u Estetiku
• Taħriġ u Standards
• L-Aspett Finanzjarju u Fondi
Din il-konferenza ser issir nhar it-Tlieta, 26 ta’ Novembru 2019 bejn it-08:00 u s-13:00 fl-InterContinental Hotel, San Ġiljan. Din il-konferenza se tkun qed tiġi indirizzata mill-Ministru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali Dr Owen Bonniċi u miċ-chairperson tal-Awtorità tax-Xandir Frank V. Farrugia. Il-programm ta’ din il-konferenza huwa mehmuż ma’ din l-istqarrija.
Għaldaqstant int mistieden biex tibgħat l-ġurnalisti tiegħek biex jirrapurtaw din il-konferenza.
Mario Axiak
Kap Riċerka u Komunikazzjoni
21 ta’ Novembru 2019
Għafas hawn għall-Programm