Ċirkulari 06/26
Ċirkulari lill-istazzjonijiet tar-radju
Xogħolijiet fuq it-Torri tal-Għargħur
L-Awtorità tixtieq tavża li bejn it-Tlieta 22 ta’ Settembru u l-Ġimgħa 25 ta’ Settembru 2026 ser jitkompla x-xogħol ta’ manutenzjoni fuq it-Torri tat-Trażmissjoni tal-Għargħur. Minħabba f’hekk, ser tintefa’ l-Master Antenna u l-Awtorità ser taqleb it-trażmissjonijiet fuq l-antenna ta’ riserva fejn il-qawwa ta’ trażmissjoni tkun ridotta.
Il-manutenzjoni ser issir kuljum bejn it-9:00 u 15:30. Għalhekk huwa importanti li jkun hemm preżenti l-persuni tekniċi tagħkom fis-sit tal-Għargħur tal-anqas kwarta qabel il-ħinijiet imsemmija, sabiex isiru l-arranġamenti meħtieġa qabel ma tinqaleb it-trażmissjoni.
Filwaqt li għal darb’oħra nirringrazzjawkom tal-koperazzjoni tagħkom, nitolbukom sabiex tgħarrfu lill-produtturi u lill-preżentaturi tagħkom biex ikunu avżati b’dan u hekk jinfurmaw lis-semmiegħa tagħhom ukoll.
Dr Joanna Spiteri
Kap Eżekuttiv
15 ta’ Settembru 2026
Ref : 15/61
Circular 06/26
Circular to radio stations
Maintenance on the Għargħur Transmitting Tower
Please be informed that during the week from Tuesday 22nd September to 25th September 2026, maintenance works are to continue on the Għargħur Transmitting Tower. During these works, the Master Antenna will be switched off, and the Authority will be switching all the transmissions onto the Reserve Antenna at a reduced transmission power.
The required works are being acrried out daily from 9:00 till 15:30. We kindly ask you to have your technical personnel at least 15 minutes before the indicated times so that the necessary changes can be applied before the transmission is switched.
While thanking you once again for your cooperation, please inform your producers and presenters who will be notifying their listeners accordingly.
Dr Joanna Spiteri
Chief Executive
15th September 2026
Ref : 15/61