43/08 - 03Oct2008




Programmi ta’ l-Ikel

Nirreferi għal ċirkulari numru 31/05 dwar il-ħarsien ta’ l-iġjene waqt programmi ta’ l-ikel.  L-Awtorita' kienet innotat illi waqt programmi ta’ dan il-ġeneru jew saħanisitra waqt irkejjen fi programmi, l-istandards bażiċi ta’ l-iġjene ma kienux qed jinżammu.

Jidher illi dawn in-nuqqasijiet qed jerġgħu jippreżentaw ruħhom. L-Awtorita’ qed terġa’ ttenni u tisħaq fuq l-importanza li dawn l-istandards jiġu osservati ħalli min ikun qed jara dawn il-programmi jsir konxju tal-ħtieġa li jilbes ilbies protettiv waqt li jkun qed isajjar, iżomm mar-regoli ta’ l-iġjene u tas-saħħa fil-preparazzjoni ta’ l-ikel, ikollu l-apparat bażiku sanitarju, eċċ.

Dr Kevin Aquilina
Kap Esekuttiv
3 t’Ottubru, 2008
Ref 29/05